Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-23 ta' Ottubru 2007 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Aachen - Il-Ġermanja) - Rhiannon Morgan (C-11/06) vs Bezirksregierung Köln, Iris Bucher (C-12/06) vs Landrat des Kreises Düren

(Kawżi magħquda C-11/06 u C-12/06)1

(Ċittadinanza ta' l-Unjoni -Artikoli 17 KE u 18 KE - Rifjut tal-benefiċċju ta' l-għajnuna għat-taħriġ għaċ-ċittadini ta' Stat Membru li jwettqu l-istudji tagħhom fi Stat Membru ieħor - Eżiġenza ta' kontinwità bejn l-istudji segwiti fi Stat Membru ieħor u dawk imwettqa preċedentement matul ta' l-inqas sena fl-istabbiliment li jinsab fit-territorju nazzjonali ta' l-Istat Membru ta' oriġini)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Aachen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Rhiannon Morgan (C-11/06), Iris Bucher (C-12/06)

Konvenuti: Bezirksregierung Köln C-11/06), Landrat des Kreises Düren (C-12/06)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Verwaltungsgericht Aachen - Interpretazzjoni ta' l-Artikoli 17 u 18 tat-Trattat KE - Rifjut tal-benefiċċju ta' l-għajnuna għat-taħriġ ("Ausbildungsförderung") kontra ċittadin nazzjonali li jirresjedi u jwettaq l-istudji tiegħu fi Stat Membru ieħor minħabba l-fatt li ma wettaqx mill-inqas l-ewwel sena ta' l-istudji tagħha fi stabbiliment li jinsab fit-territorju nazzjonali.

Dispożittiv

L-Artikoli 17 KE u 18 KE jipprekludu, f'ċirkustanzi bħal dawk tal-kawżi prinċipali, kundizzjoni skond liema, sabiex ikunu jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna għat-taħriġ mogħtija għal studji segwiti fi Stat Membru ieħor li mhuwiex dak li l-istudenti li talbu l-benefiċċju huma ċ-ċittadini tiegħu, dawn l-istudji għandhom ikunu l-kontinwazzjoni ta' taħriġ segwit għal ta' l-inqas sena fit-territorju ta' l-Istat Membru ta' oriġini ta' dawn ta' l-aħħar.

____________

1 - ĠU C 121, 20.05.2006