Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) (ir-Renju Unit) fit-8 ta’ Marzu 2017 – Teva UK Ltd, Accord Healthcare Ltd, Lupin Ltd, Lupin (Europe) Ltd, Generics (UK) li joperaw taħt l-isem kummerċjali “Mylan” vs Gilead Sciences Inc.

(Kawża C-121/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (Chancery Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Teva UK Ltd, Accord Healthcare Ltd, Lupin Ltd, Lupin (Europe) Ltd, Generics (UK), li joperaw taħt l-isem kummerċjali “Mylan”

Konvenuta: Gilead Sciences Inc.

Domanda preliminari

X’inhuma l-kriterji sabiex jiġi deċiż jekk “il-prodott [huwiex] protett minn privattiva bażika fis-seħħ” fis-sens tal-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 469/2009? 1

____________

1 Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (ĠU 2009, L 152, p. 1).