Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-28 ta' April 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte di Appello di Trento - l-Italja) - proċeduri kriminali kontra Hassen El Dridi alias Karim Soufi

(Kawża C-61/11 PPU) 1

(Spazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja - Direttiva 2008/115/KE - Ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi b'residenza illegali - Artikoli 15 u 16 - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi piena ta' priġunerija għaċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi b'residenza illegali fil-każ ta' rifjut li tiġi obduta ordni li jitħalla t-territorju ta' Stat Membru - Kompatibbiltà)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte di Appello di Trento

Parti fil-proċedura kriminali prinċipali

Hassen El Dridi alias Karim Soufi

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Corte di Appello di Trento - Interpretazzjoni tal-Artikoli 15 u 16 tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta' Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, p. 98) - Ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi b'residenza illegali - Kundizzjonijiet għad-detenzjoni għall-finijiet ta' ripatrijazzjoni - Applikabbiltà diretta - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi piena ta' priġunerija ta' mhux iktar minn erba' snin għal ċittadin ta' pajjiż terz li jkompli jirrisjedi illegalment fit-territorju nazzjonali wara li jkun ġie nnotifikat b'ordni ta' ripatrijazzjoni

Dispożittiv

Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta' Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, b'mod partikolari l-Artikoli 15 u 16 tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni ta' Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi għall-applikazzjoni ta' piena ta' priġunerija għal ċittadin ta' pajjiż terz b'residenza illegali sempliċement minħabba l-fatt li, bi ksur ta' ordni li jitlaq mit-territorju ta' dan l-Istat f'terminu determinat, tali ċittadin jibqa' fuq l-imsemmi territorju mingħajr motivazzjoni ġġustifikata.

____________

1 - ĠU C 113, 09.04.2011