Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Lulju 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-600/12) 1

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ambjent – Immaniġġar ta’ skart – Direttivi 2008/98/KE, 1999/31/KE u 92/43/KEE – Rimi ta’ skart fil-gżira ta’ Zakynthos – Park nazzjonali marittimu ta’ Zakynthos – Sit Natura 2000 – Fekruna tal-baħar Caretta caretta – Proroga tat-terminu tal-validità tal-klawżoli ambjentali – Assenza ta’ pjan ta’ konverżjoni – Operat ta’ landfill – Malfunzjonamenti – Saturazzjoni tal-landfill – Infiltrazzjoni tal-iskular – Kopertura insuffiċjenti u tixrid tal-iskart – Estensjoni tal-landfill)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Patakia u D. Düsterhaus, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: E. Skandalou, aġent)

Dispożittiv

Ir-Repubblika Ellenika,

–    billi tibqa’ topera fil-gżira ta’ Zakynthos, f’Gryparaiika, fir-reġjun ta’ Kalamaki (il-Greċja), sit għar-rimi li għandu malfunzjonamenti, li huwa saturat u ma jirrispettax il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam ambjentali previsti fl-Artikoli 13 u 36(1) tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Novembru 2008, dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi, kif ukoll fl-Artikoli 8, 9, 11(1)(a), 12 u 14 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma [landfill], u

–    billi ġġedded l-awtorizzazzjoni għal rimi fis-sit inkwistjoni mingħajr ma osservat il-proċedura prevista fl-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa,

naqset mill-obbligi tagħha taħt l-imsemmija dispożizzjonijiet.

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 63, 2.3.2013.