Language of document : ECLI:EU:C:2014:2086





Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Lulju 2014 —
Il-Kummissjoni vs Il-Ġreċja


(Kawża C‑600/12) (1)

“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Immaniġġar ta’ skart — Direttivi 2008/98/KE, 1999/31/KE u 92/43/KEE — Rimi ta’ skart fil-gżira ta’ Zakynthos — Park nazzjonali marittimu ta’ Zakynthos — Sit Natura 2000 — Fekruna tal-baħar Caretta caretta — Proroga tat-terminu ta’ validità tal-klawżoli ambjentali — Assenza ta’ pjan ta’ żvilupp — Operat ta’ landfill — Malfunzjonamenti — Saturazzjoni tal-landfill — Infiltrazzjoni tal-lissija — Kopertura insuffiċjenti u tixrid tal-iskart — Estensjoni tal-landfill”

1.                     Stati Membri — Obbligi — Implementazzjoni ta’ direttivi — Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Ġustifikazzjoni bbażata fuq l-ordinament nazzjonali — Inammissibbiltà (Artikolu 258 TFUE; Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/98; Direttivi tal-Kunsill 92/43 u 1999/31) (ara l-punti 39, 41)

2.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Eżami tal-fondatezza mill-Qorti tal-Ġustizzja — Sitwazzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni — Sitwazzjoni fl-iskadenza tat-terminu stabbilit mill-opinjoni motivata (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punti 42, 54)

3.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Eżami tal-fondatezza mill-Qorti tal-Ġustizzja — Rikonoxximent tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu mill-Istat Membru kkonċernat — Assenza ta’ effett (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punt 46)

4.                     Rikors għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Prova tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Oneru tal-Kummissjoni — Produzzjoni ta’ provi li juru n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Oneru tal-konfutazzjoni fuq l-Istat Membru konvenut (Artikolu 258 TFUE) (ara l-punti 49, 50)

5.                     Ambjent — Skart — Direttiva 2008/98 — Obbligu tal-Istati Membri li jiżguraw l-irkupru jew ir-rimi ta’ skart — Obbligu ta’ riżultat — Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu — Limiti — Sitwazzjoni mhux konformi li tissokta matul perijodu estiż u li twassal għal deterjorament sinjifikattiv tal-ambjent — Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu (Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2008/98, Artikolu 13) (ara l-punti 51, 52)

6.                     Ambjent — Skart — Rimi ta’ skart f’landfill — Direttiva 1999/31 — Miżura nazzjonali li tawtorizza l-użu ta’ landfill mingħajr pjan ta’ żvilupp u fin-nuqqas ta’ deċiżjoni definittiva fir-rigward tal-użu kontinwu abbażi ta’ pjan ta’ żvilupp approvat — Nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu (Artikolu 258 TFUE; Direttiva tal-Kunsill 1999/31, Artikolu 14(a) sa (c)) (ara l-punt 72)

7.                     Ambjent — Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa — Direttiva 92/43 — Awtorizzazzjoni ta’ pjan jew ta’ proġett f’sit protett — Kundizzjonijiet — Evalwazzjoni xierqa tal-effetti tagħha — Identifikazzjoni tal-aspetti li jistgħu jaffettwaw l-għanijiet tal-konservazzjoni tas-sit (Direttiva tal-Kunsill 92/43, Artikolu 6(3), l-ewwel sentenza, u (4)) (ara l-punti 74-76, 79)

Dispożittiv

1)

Ir-Repubblika Ellenika,

–        billi tibqa’ topera fil-gżira ta’ Zakynthos, f’Gryparaiika, fir-reġjun ta’ Kalamaki (il-Greċja), sit għar-rimi li għandu malfunzjonamenti, li huwa saturat u ma jirrispettax il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam ambjentali previsti fl-Artikoli 13 u 36(1) tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Novembru 2008, dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi, kif ukoll fl-Artikoli 8, 9, 11(1)(a), 12 u 14 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma [landfill], u

–        billi ġġedded l-awtorizzazzjoni għal rimi fis-sit inkwistjoni mingħajr ma tosserva l-proċedura prevista fl-Artikolu 6(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa,

naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-imsemmija dispożizzjonijiet.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


1 –      ĠU C 63, 2.3.2013.