Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta' Diċembru 2008 - Isabel Clara Centeno Mediavilla, Delphine Fumey, Eva Gerhards, Iona M. S. Hamilton, Raymond Hill, Jean Huby, Patrick Klein, Domenico Lombardi, Thomas Millar, Miltiadis Moraitis, Ansa Norman Palmer, Nicola Robinson, François-Xavier Rouxel, Marta Silva Mendes, Peter van den Hul, Fritz Von Nordheim Nielsen, Michaël Zouridakis vs Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-443/07 P)1

(Appell - Regolamenti tal-persunal - Eċċezzjoni ta' illegalità tal-Artikolu 12(3) tal-Anness XIII dwar il-klassifika tal-uffiċjali li ġew reklutati wara l-1 ta' Mejju 2004 - Konsultazzjoni mal-Kumitat tal-Istatut - Nuqqas ta' ksur tad-drittijiet miksuba u tal-prinċipju tat-trattament ugwali)

Lingwa tal-proċedura: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Isabel Clara Centeno Mediavilla, Delphine Fumey, Eva Gerhards, Iona M. S. Hamilton, Raymond Hill, Jean Huby, Patrick Klein, Domenico Lombardi, Thomas Millar, Miltiadis Moraitis, Ansa Norman Palmer, Nicola Robinson, François-Xavier Rouxel, Marta Silva Mendes, Peter van den Hul, Fritz Von Nordheim Nielsen, Michaël Zouridakis (rappreżentanti: G. Vandersanden u L. Levi, avukati)

Il-partijiet l-oħra fil-proċeduri: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u H. Krämer, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Arpio Santacruz u M. Bauer, aġenti)

Suġġett

Appell imressaq kontra s-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza (Ir-Raba' Awla Estiża), tal-11 ta' Lulju 2007, Centeno Mediavilla et vs Il-Kummissjoni (T-58/05), li permezz tagħha l-Qorti tal-Prim'Istanza ċaħdet ir-rikors tar-rikorrenti intiż għall-annullament tad-deċiżjonijiet li jinnominawhom bħala uffiċjali taħt prova, safejn dawn jistabbilixxu l-klassifikazzjoni fil-grad tagħhom skond id-dispożizzjonijiet tranżitorji tal-Artikolu 12(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej, kif emendati mir-Regolament Nru 723/2004, tat-22 ta' Marzu 2004 (ĠU L 124, p. 1) - Implikazzjoni tad-dħul fis-seħħ tar-Regolamenti tal-Persunal il-ġodda fuq is-sitwazzjoni ta' persuni msemmija f'lista ta' kandidati xierqa jew ta' lista ta' riżerva qabel id-data ta' dan id-dħul fis-seħħ, fl-1 ta' Mejju 2004, iżda maħtura wara din id-data - Prinċipji ta' ċertezza legali, ta' aspettattivi leġittimi u ta' trattament ugwali - Portata tal-obbligu ta' motivazzjoni

Dispożittiv

L-appell huwa miċħud.

I. C. Centeno Mediavilla, D. Fumey, E. Gerhards, I. M. S. Hamilton, R. Hill, J. Huby, P. Klein, D. Lombardi, T. Millar, M. Moraitis, A. N. Palmer, N. Robinson, F-X. Rouxel, M. Silva Mendes, P. van den Hul, F. Von Nordheim Nielsen u M. Zouridakis huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tal-appell.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

____________

1 - ĠU C 22 26.01.2008