Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado Contencioso-Administrativo de Pamplona (Spanja) fid-9 ta’ Diċembru 2016 – Wilber López Pastuzano vs Delegación del Gobierno de Navarra

(Kawża C-636/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado Contencioso-Administrativo de Pamplona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Wilber López Pastuzano

Konvenuta: Delegación del Gobierno Central en Navarra

Domandi preliminari

L-Artikolu 12 tad-Direttiva 2003/109/KE 1 , tal-25 ta’ Novembru 2003, dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, u l-ġurisprudenza li tinterpretaha, li ma tipprevedix l-applikazzjoni tar-rekwiżiti għall-protezzjoni kontra tkeċċija ta’ ċittadin barrani residenti għat-tul fir-rigward ta’ kull deċiżjoni amministrattiva ta’ tkeċċija, irrispettivament min-natura jew mill-forma legali tagħha, iżda li tillimita l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn ir-rekwiżiti biss għal forma speċifika ta’ tkeċċija?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 272