Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta' Novembru 2011 - Anbouba vs Il-Kunsill

(Kawża T-592/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Issam Anbouba (Homs, Is-Sirja) (rappreżentanti: M.-A. Bastin u J. M. Salva, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli fl-intier tiegħu;

tiddikjara l-fondatezza tal-motivi kollha tiegħu;

tawtorizza t-tgħaqqid ta' dan ir-rikors mar-rikors T-563/11;

tiddikjara li l-atti kkontestati jistgħu jiġu annullati parzjalment peress li l-parti tal-atti li għandhom jiġu annullati jistgħu jiġu sfilzati mill-att sħiħ,

Konsegwentement,

tannulla parzjalment id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/685/PESK tat-13 ta' Ottubru 2011 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1011/2011 tat-13 ta' Ottubru 2011 billi isem Issam ANBOUBA u r-riferimenti għalih jitneħħew mil-lista ta' sostenituri tar-reġim attwali fis-Sirja;

sussidjarjament, tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/685/PESK tat-13 ta' Ottubru 2011 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1011/2011 tat-13 Ottubru 2011 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja;

fin-nuqqas ta' dan, tiddikjara dawn id-deċiżjonijiet u r-regolamenti bħala mhux applikabbli fir-rigward ta' Issam ANBOUBA u tordna li ismu u r-riferimenti għalih jitneħħew mil-lista ta' persuni suġġetti għas-sanzjonijiet tal-Unjoni Ewropea;

tikkundanna lill-Kunsill għal ħlas ta' Euro wieħed f'danni u interessi fuq bażi provviżorja bħala kumpens għad-danni morali u materjali subiti b'riżultat tal-inklużjoni ta' isem Issam ANBOUBA fost is-sostenituri tar-reġim attwali fis-Sirja;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent ressaq żewġ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-kawża T-563/11, Anbouba vs Il-Kunsill.

____________