Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Colmar (Franza) fid-29 ta’ Awwissu 2016 – Ministère public, Belu Dienstleistung GmbH & Co KG, Stefan Nikless

(Kawża C-474/16)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Colmar

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ministère public, Belu Dienstleistung GmbH & Co KG, Stefan Nikless

Domanda preliminari

L-effett marbut maċ-ċertifikat A1 maħruġ lil impriża ta’ xogħol temporanju, konformement mal-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali 1 , mill-istituzzjoni maħtura mill-awtorità tal-Istat Membru li l-leġiżlazzjoni ta’ sigurtà soċjali tiegħu tibqa’ applikabbli għas-sitwazzjoni tal-impjegat, jimponi ruħu, minn naħa, fuq l-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet tal-Istat ospitanti, u min-naħa l-oħra, fuq il-qrati tal-istess Stat Membru, meta jiġi kkonstatat li l-kundizzjonijiet tal-attività tal-impjegat b’mod manifest ma jidħlux fil-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tar-regoli partikolari tal-Artikolu 12(1) u (2) tar-Regolament Nru 883/2004?

____________

1 ĠU L 284, p. 1.