Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fid-9 ta’ Jannar 2017 – Maria Tirkkonen

(Kawża C-9/17)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Maria Tirkkonen

Konvenuta: Maaseutuvirasto

Domandi preliminari

L-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2004/18/KE 1 għandu jiġi interpretat li jfisser li d-definizzjoni ta’ “kuntratt pubbliku” fis-sens ta’ din id-direttiva tinkludi sistema

li permezz tagħha organu pubbliku jkollu l-intenzjoni li jikseb servizzi fis-suq matul perijodu limitat bil-quddiem, billi jikkonkludi kuntratti, suġġetti għall-kundizzjonijiet ta’ ftehim qafas anness mas-sejħa għal offerti, mal-operaturi ekonomiċi kollha li jissodisfaw ir-rekwiżiti speċifiċi fil-fajl ta’ sejħa għal offerti fir-rigward tal-kapaċità tal-fornituri u tas-servizz ipprovdut, u li jgħaddu minn eżami deskritt iktar preċiżament fis-sejħa għal offerti, u,

li tul il-perijodu ta’ validità tal-kuntratt ma jkunx iktar possibbli li ssir aderazzjoni magħha?

____________

1 Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).