Language of document : ECLI:EU:C:2012:356





Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Ġunju 2012 — Otis Luxembourg et vs Il‑Kummissjoni

(Kawża C‑494/11 P)

“Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-installazzjoni u l-manutenzjoni tal-liftijiet u tal-eskelejters — Multi — Kumpannija parent u sussidjarji — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur”

1.                     Kompetizzjoni — Regoli tal-Unjoni — Ksur — Imputazzjoni — Kumpannija parent u sussidjarji — Unità ekonomika — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Oneru tal-prova (Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2)) (ara l-punti 42, 43)

2.                     Dritt tal-Unjoni — Prinċipji — Ugwaljanza fit-trattament — Kunċett — Limiti (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 20 u 21) (ara l-punt 53)

3.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Obbligu li jittieħed inkunsiderazzjoni l-impatt konkret fuq is-suq — Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 1 A) (ara l-punti 63-65, 69)

4.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Kriterji — Gravità tal-ksur — Teħid inkunsiderazzjoni tad-daqs tas-suq inkwistjoni — Element mhux vinkolanti (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 9/03, punt 1 A) (ara l-punti 66, 67, 77)

5.                     Appell — Aggravji — Evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-provi — Inammissibbiltà (Artikolu 256 TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58) (ara l-punt 88)

6.                     Kompetizzjoni — Multi — Ammont — Determinazzjoni — Tnaqqis tal-multa inkambju għall-kooperazzjoni tal-impriża implikata — Kundizzjonijiet — Dikjarazzjonijiet unilaterali li ma humiex ikkorroborati minn provi suffiċjenti — Esklużjoni — Provi li diġà jinsabu fil-pussess tal-Kummissjoni — Esklużjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2002/C 45/03) (ara l-punti 89, 91, 95, 97)

7.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni u li timponi multa (Artikolu 296 TFUE) (ara l-punti 94-97)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Lulju 2011 — General Technic-Otis et vs Il‑Kummissjoni (Kawżi magħquda T‑141/07, T‑142/07, T‑145/07 u T‑146/07), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors intiż għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 512 finali, tal-21 ta’ Frar 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE (Każ COMP/E‑1/38.823 — PO/Liftijiet u Eskalejters), li tikkonċerna akkordju fis-suq tal-installazzjoni u tal-manutenzjoni tal-liftijiet u tal-eskelejters fil-Belġju, fil-Ġermanja, fil-Lussemburgu u fil-Pajjiżi l-Baxxi, fir-rigward tal-manipulazzjoni tas-sejħiet għal offerti, it-tqassim tas-swieq, l-iffissar tal-prezzijiet, l-għoti tal-proġetti u tal-kuntratti relatati magħhom u l-iskambju ta’ informazzjoni, kif ukoll, sussidjarjament, l-annullament jew it-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti — Responsabbiltà ta’ kumpannija parent għall-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni mwettaq mis-sussidjarji tagħha.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Otis Luxembourg Sàrl, Otis SA, Otis GmbH & Co. OHG, Otis BV u Otis Elevator Company huma kkundannati għall-ispejjeż.