Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula minn Obersten Gerichtshofs (L-Awstrija), fil-15 ta' Mejju 2008 - Dr. Erhard Eschig vs UNIQA Sachversicherung AG

(Kawża C-199/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof (l-Awstrija)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Dr. Erhard Eschig

Konvenuta: UNIQA Sachversicherung AG

Domandi preliminari

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 87/344/KEE tat-22 ta' Ġunju 1987, dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-assigurazzjoni għall-ispejjeż legali1 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi klawżola inkorporata fil-kundizzjonijiet ġenerali f'polza ta' assigurazzjoni ta' assiguratur ta' l-ispejjeż legali, li permezz tagħha l-assiguratur huwa intitolat li, f'każ ta' pretensjonijiet ta' assigurazzjoni dwar telf sostnut minn numru kbir ta' persuni assigurati li jirriżulta mill-istess avveniment (per eżempju l-falliment ta' impriża ta' servizzi ta' l-investiment), jagħżel rappreżentant legali u li għalhekk tillimita d-dritt ta' l-individwu assigurat li jagħżel l-avukat tiegħu (imsejjħa klawżola "tar-responsabbiltà kuntrattwali kollettiva")

Fil-każ ta' risposta negattiva għall-ewwel domanda: f'liema kundizzjonijiet jitqies li jkun hemm responsabbiltà kuntrattwali kollettiva, skond id-Direttiva 87/344/KEE (jew li tissuplimentaha) li tikkonferixxi fuq il-persuna li tassigura u mhux fuq il-persuna assigurata d-dritt li tagħżel ir-rappreżentant legali?

____________

1 - ĠU L 185, p. 77.