Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fis-27 ta’ Diċembru 2016 – CORPORATE COMPANIES s.r.o. vs Ministerstvo financí ČR

(Kawża C-676/16)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: CORPORATE COMPANIES s.r.o.

Konvenut: Ministerstvo financí ČR

Domanda preliminari

Il-persuni li, fil-kuntest tal-attività professjonali tagħhom, ibiegħu kumpanniji diġà rreġistrati fir-reġistru tal-kumpanniji u kkostitwiti bil-għan li jinbiegħu (kumpanniji “ready made”), li l-bejgħ tagħhom isir permezz tat-trasferiment ta’ sehem fil-kumpannija sussidjarja li qed tinbiegħ, jidħlu taħt l-iskop tal-Artikolu 2(1)(3)(ċ) u tal-Artikolu 3(7)(a) tad-Direttiva 2005/60/KE 1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ottubru 2005, dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu?

____________

1 ĠU 2005 L 309, p. 15.