Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal, civil division (England & Wales) fil-21 ta' Diċembru 2010 - Football Dataco Limited, Football Association Premier League Ltd, Football League Limited, Scottish Premier League Limited, Scottish Football League, PA Sport UK Limited vs Yahoo UK Limited, Stan James (Abingdon) Limited, Stan James PLC, Enetpulse APS

(Kawża C-604/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal, civil division (England & Wales).

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Football Dataco Limited, Football Association Premier League Ltd, Football League Limited, Scottish Premier League Limited, Scottish Football League, PA Sport UK Limited.

Konvenuti: Yahoo UK Limited, Stan James (Abingdon) Limited, Stan James PLC, Enetpulse APS.

Domandi preliminari

X'tifsira għandha tingħata, fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/9/KE 1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta' Marzu 1996, dwar il-protezzjoni legali ta' databases, għal "databases li, minħabba l-għażla jew l-arranġament tal-kontenut tagħhom, jikkostitwixxu kreazzjoni intellettwali ta' l-awtur innifsu", u b'mod partikolari:

a) l-isforzi intellettwali u l-ħila implementata fil-ħolqien ta' data għandhom jiġu esklużi?

b) "[L]-għażla jew l-arranġament" jimplikaw żieda sinjifikattiva għad-data li kienet teżisti qabel (bħal fil-każ tal-iffissar tad-data ta' logħba tal-futbol);

c) Il-"kreazzjoni intellettwali ta' l-awtur innifsu" tirrikjedi iktar minn xogħol sinjifikattiv u ħila sinjifikattiva min-naħa tal-awtur, u, jekk dan huwa l-każ, x'tirrikjedi?

Id-Direttiva tostakola d-drittijiet tal-awtur nazzjonali fuq id-databases, li ma humiex dawk previsti mid-Direttiva?

____________

1 - Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 96/9/KE, tal-11 ta' Marzu 1996, dwar il-protezzjoni legali ta' databases, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 459.