Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Den Haag, sede Haarlem (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-13 ta’ Jannar 2016 – K vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

(Kawża C-18/16)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Den Haag, sede Haarlem (il-Pajjiżi l-Baxxi)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: K

Konvenut: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie

Domandi preliminari

L-Artikolu 8(3)(a) u (b) tad-Direttiva dwar l-Akkoljenza 1 huwa validu fid-dawl tal-Artikolu 6 tal-Karta 2 :

f’sitwazzjoni fejn ċittadin ta’ pajjiż terz jiġi detenut skont l-Artikolu 8(3)(a) u (b) tad-Direttiva dwar l-Akkoljenza u, skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva dwar Proċeduri għall-Ażil 3 ikollu d-dritt li jibqa’ fi Stat Membru sakemm tittieħed deċiżjoni fl-ewwel istanza dwar l-applikazzjoni tiegħu għal ażil, u

fid-dawl tal-Ispjegazzjoni (ĠU 2007 C 303, p. 17) li l-limitazzjonijiet li jistgħu jiġu imposti b’mod leġittimu fuq id-drittijiet fl-Artikolu 6 tal-Karta ma jistgħux jeċċedu dawk permessi mill-KEDB fil-formulazzjoni tal-Artikolu 5(1)(f), u l-interpretazzjoni mogħtija mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tad-dispożizzjoni msemmija l-aħħar, inter alia, fis-sentenza tat-22 ta’ Settembru 2015, Nabil et vs L-Ungerija, 62116/12, li d-detenzjoni ta’ applikant għall-ażil tmur kontra l-Artikolu 5(1)(f) imsemmi hawn fuq jekk tali detenzjoni ma kinitx imposta bl-għan ta’ deportazzjoni?

____________

1 Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, p. 96).

2 Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2007, C 303, p. 1).

3 Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2013, dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, p. 60).