Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fil-5 ta’ Settembru 2016 – Fidelity Funds vs Skatteministeriet

(Kawża C-480/16)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fidelity Funds

Konvenut: Skatteministeriet

Intervenjenti: NN (L) SICAV

Domanda preliminari

Sistema fiskali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fil-kuntest tagħha impriżi ta’ investiment kollettiv koperti mid-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE 1 (id-Direttiva UCITS) li ma humiex Daniżi huma ntaxxati f’ras il-għajn fir-rigward ta’ dividendi minn kumpanniji Daniżi, tmur kontra l-Artikolu 56 KE (li sar l-Artikolu 63 TFUE) dwar il-moviment liberu ta’ kapital jew kontra l-Artikolu 49 KE (li sar l-Artikolu 56 TFUE) dwar il-liberà li jiġu pprovduti servizzi, meta impriżi ta’ investiment kollettiv ekwivalenti Daniżi jistgħu jiksbu eżenzjoni mit-taxxa f’ras il-għajn, jew għaliex effettivament iwettqu distribuzzjoni minima lill-membri tagħhom bi skambju għaż-żamma tat-taxxa f’ras il-għajn, jew inkella għaliex teknikament tiġi kkalkolata distribuzzjoni minima li fir-rigward tagħha tinżamm it-taxxa f’ras il-għajn inkonnessjoni mal-membri tal-impriżi?

____________

1 Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE, tal-20 ta’ Diċembru 1985, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 139.