Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kammergericht Berlin (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Jannar 2017 – Vincent Pierre Oberle

(Kawża C-20/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Kammergerichts Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent u appellant: Vincent Pierre Oberle

Domanda preliminari

L-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Lulju 2012, dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni 1 , għandu jiġi interpretat fis-sens li jiddetermina wkoll il-ġurisdizzjoni internazzjonali esklużiva fil-qasam tal-ħruġ, fl-Istati Membri, ta’ ċertifikati nazzjonali tas-suċċessjoni li ma ġewx issostitwiti biċ-Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni [ara l-Artikolu 62(3) tar-Regolament Nru 650/2012)] b’tali mod li d-dispożizzjonijiet diverġenti adottati mil-leġiżlaturi nazzjonali fir-rigward tal-ġurisdizzjoni internazzjonali fil-qasam tal-ħruġ ta’ ċertifikati nazzjonali tas-suċċessjoni – bħall-Artikolu 105 tal-Gesetz über das Verfahren in Familiensachen und in den Angelegenheiten der freiwilligen Gerichtsbarkeit (liġi dwar il-proċedura fil-qasam tal-familja u tal-ġurisdizzjoni volontarja) fil-Ġermanja – huma ineffettivi minħabba li jmorru kontra dispożizzjonijiet tad-dritt Ewropew ta’ livell ogħla?

____________

1 ĠU L 201, p. 107.