Language of document : ECLI:EU:T:2014:191





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tad-9 ta’ April 2014 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑150/12)

“Għajnuna mill-Istat – Self mingħajr interessi, flimkien ma’ garanzija mill-Istat, mogħti mill-awtoritajiet Elleniċi lil assoċjazzjonijiet ta’ kooperattivi agrikoli tas-settur taċ-ċereali – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern – Obbligu ta’ motivazzjoni – Vantaġġ – Għajnuna intiża biex tirrimedja disturbi gravi fl-ekonomija ta’ Stat Membru”

1.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata (Artikoli 108(2) TFUE u 296 TFUE) (ara l-punti 29, 30, 102-106, 110, 128-132, 134)

2.                     Dritt tal-Unjoni Ewropea – Interpretazzjoni – Atti tal-istituzzjonijiet – Motivazzjoni – Teħid inkunsiderazzjoni (ara l-punti 31, 39)

3.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha – Possibbiltà għall-Kummissjoni li tħalli lill-awtoritajiet nazzjonali l-inkarigu li jikkalkolaw l-ammont preċiż li għandu jitħallas lura – Deċiżjoni li tinkludi indikazzjonijiet li jippermettu lid-destinatarju tagħha li jiddetermina dan l-ammont u l-benefiċjarji li għandhom iħallsu lura l-għajnuna – Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni – Ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali – Assenza (Artikolu 108 TFUE) (ara l-punti 32, 33, 40-42, 44, 50, 54, 55)

4.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Irkupru ta’ għajnuna illegali – Kalkolu tal-ammont li għandu jiġi rkuprat u determinazzjoni tad-destinatarji tal-ordnijiet ta’ restituzzjoni – Diffikultajiet affrontati mill-Istat Membru – Dmir ta’ kooperazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru (Artikolu 4(3) TUE) (ara l-punti 34, 52)

5.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha – Obbligi tal-Istati Membri – Obbligu ta’ rkupru – Portata (Artikolu 108 TFUE) (ara l-punti 47, 48)

6.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Proċedura amministrattiva – Obbligu tal-Kummissjoni li ssejjaħ lill-partijiet interessati biex jissottomettu l-osservazzjonijiet tagħhom – Forma tal-intimazzjoni (Artikolu 108(2) TFUE) (ara l-punti 58, 59)

7.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Kunċett – Sussidju tal-interessi – Garanzija mill-Istat – Inklużjoni – Kundizzjonijiet (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punti 69, 71, 72, 78-80, 93-97, 112-117)

8.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Għajnuna ta’ importanza żgħira f’settur kompetittiv ħafna – Settur agrikolu (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punti 111, 127, 133)

9.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Settur li kien suġġett ta’ liberalizzazzjoni (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punti 122-126)

10.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Projbizzjoni – Derogi – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Limiti – Evalwazzjoni tal-legalità skont informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni fil-mument tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tagħha (Artikolu 107(3) TFUE) (ara l-punti 146, 147, 153, 165)

11.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Projbizzjoni – Derogi – Interpretazzjoni stretta – Obbligu tal-Kummissjoni li tevalwa l-kompatibbiltà ta’ għajnuna skont regoli sostantivi fis-seħħ fil-mument tal-għoti tagħha (Artikolu 107(1) u 3(b) TFUE; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2009/C 16/01, punt 4.2.2) (ara l-punti 155, 156)

12.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Irkupru ta’ għajnuna illegali – Għajnuna mogħtija bi ksur tar-regoli tal-proċedura tal-Artikolu 108 TFUE – Aspettattivi leġittimi tal-benefiċjarji – Assenza (Artikoli 107 TFUE u 108(3) TFUE) (ara l-punti 163, 164)

13.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati – Projbizzjoni – Derogi – Għajnuna li tista’ titqies bħala kompatibbli mas-suq intern – Għajnuna intiża biex tirrimedja disturbi gravi fl-ekonomija ta’ Stat Membru – Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li teskludi lill-produtturi tas-settur primarju tal-produzzjoni agrikola mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-deroga – Ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament – Assenza (Artikolu 107(3)(b) TFUE; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2009/C 16/01, punt 1.3) (ara l-punti 166-168)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/320/UE, tal-25 ta’ Jannar 2012, dwar l-għajnuna mogħtija mill-Greċja lill-bdiewa li jipproduċu ċ-ċereali u lill-kooperattivi tal-ġbir taċ-ċereali (ĠU L 164, p. 10).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.