Language of document :

Appell ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2016 mill-Parlament Ewropew mis-sentenza mogħtija fid-19 ta’ Lulju 2016 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-147/15, Meyrl vs Il-Parlament

(Kawża T-699/16 P)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Il-Parlament Ewropew (rappreżentant: V. Montebello-Demogeot u M. Dean, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Sonja Meyrl (Brussell, il-Belġju)

Talbiet

tannulla s-sentenza appellata;

konsegwentement, tiċħad ir-rikors fl-ewwel istanza;

tiddeċiedi li kull waħda mill-partijiet għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati ma’ din l-istanza;

tikkundanna lil S. Meyrl għall-ispejjeż relatati mal-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka tliet aggravji.

L-ewwel aggravju, ibbażat fuq żball ta’ liġi, fuq żnaturament tal-fatti u fuq nuqqas ta’ motivazzjoni, inkwantu t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (TSP) ikkonkluda, fil-punt 25 tas-sentenza appellata, li l-possibbiltà tal-assenjazzjoni mill-ġdid tal-parti l-oħra fil-proċedura f’impjieg ieħor kienet tippermetti li din tal-aħħar ma titkeċċiex.

It-tieni aggravju, ibbażat fuq żball ta’ liġi, fuq żnaturament tal-fatti u fuq nuqqas ta’ motivazzjoni fil-konklużjoni, li wasal għaliha t-TSP fil-punti 23 u 30 tas-sentenza appellata, li l-problemi ta’ relazzjonijiet personali kienu kawża addizzjonali tat-tkeċċija tal-parti l-oħra fil-proċedura.

It-tielet aggravju, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni li jirriżulta mill-konklużjoni tat-TSP li tipprovdi li, kieku l-parti l-oħra fil-proċedura kellha tinstema’ wkoll fuq il-problemi ta’ relazzjonijiet personali, dan seta’ effettivament ibiddel ir-riżultat tal-proċess deċiżjonali li wassal għad-deċiżjoni kontenzjuża, jiġifieri t-tkeċċija ta’ din tal-aħħar.

____________