Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta' Jannar 2013 - Budějovický Budvar vs UASI Anheuser-Busch (BUD)
(Kawżi magħquda T-225/06 RENV, T-255/06 RENV, T-257/06 RENV u T-309/06 RENV)
("Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjonijiet għat-trade mark Komunitarja verbali u figurattiva BUD - Denominazzjonijiet 'bud' - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]")
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Budějovický Budvar, národní podnik (Česke Budĕjovice, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentanti: F. Fajgenbaum, C. Petsch, S. Sculy-Logotheti u T. Lachacinski, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Anheuser-Busch LLC (Saint Louis, Missouri, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: V. von Bomhard, B. Goebel, u A. Renck, avukati)
Suġġett
Ir-rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, mogħtija fl-14 ta' Ġunju (Każ R 234/2005-2), fit-28 ta' Ġunju (Każijiet R 241/2005-2 u R 802/2004-2) u fl-1 ta' Settembru 2006 (Każ R 305/2005-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Budějovický Budvar, národní podnik u Anheuser-Busch, Inc.
Dispożittiv
Ir-rikorsi huma miċħuda.
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
____________1 - ĠU C 261, 28.10.2006