Language of document : ECLI:EU:T:2016:306





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat‑23 ta’ Mejju 2016 – Efler et vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑754/14 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Dritt istituzzjonali – Inizjattiva Ewropea  għaċ-ċittadini– Rifjut ta’ reġistrazzjoni – Talba għal miżuri provviżorji – Inammissibbiltà”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Miżuri provviżorji – Għan – Effikaċja sħiħa tad-deċiżjoni futura fuq il-mertu mingħajr ma tiġi ddeterminata minn qabel jew tiġi mċaħħda mill-effettività tagħha – Talba intiża sabiex jinkisbu miżuri li jmorru lil hinn mill-kuntest tal-kawża prinċipali – Inammissibbiltà (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE) (ara l-punti 19‑22)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji – Miżuri provviżorji – Talba għal miżuri provviżorji fil-kuntest ta’ rikors għall-annullament ta’ deċiżjoni negattiva – Talba għal ordni li tipprojbixxi lill-Kummissjoni li tippreżenta lill-Kunsill l-abbozz ta’ ftehim internazzjonali għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar l-iffirmar ta’ dan tal-aħħar – Talba intiża sabiex jinkisbu miżuri li jmorru lil hinn mill-kuntest tal-kawża prinċipali – Assenza ta’ fumus boni juris partikolarment serju kkostitwit b’illegalità manifesta u gravi – Inammissibbiltà (Artikolu 279 TFUE) (ara l-punti 25, 29, 30, 35‑37)

3.                     Ċittadinanza tal-Unjoni – Drittijiet taċ-ċittadini – Preżentazzjoni ta’ inizjattiva għaċ-ċittadini – Regolament Nru 211/2011 – Obbligi tal-Kummissjoni wara r-reġistrazzjoni ta’ proposta ta’ inizjattiva għaċ-ċittadini (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 211/2011, Artikoli 5(5) u 10(1)(c)) (ara l-punti 26, 27, 32‑34)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji dwar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 6501 finali, tal‑10 ta’ Settembru 2014, li tiċħad l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tal-inizjattiva Ewropea għaċ-ċittadini “STOP TTIP”.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.