Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-12 ta’ April 2018 – Syndicat des cadres de la sécurité intérieure vs Premier ministre, Ministre d’État, Ministre de l’Intérieur, Ministre de l’Action et des Comptes publics

(Kawża C-254/18)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Syndicat des cadres de la sécurité intérieure

Konvenuti: Premier ministre, Ministre d’État, Ministre de l’Intérieur, Ministre de l’Action et des Comptes publics

Domandi preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 6 u 16 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol 1 għandhom jiġu interpretati bħala li jimponu perijodu ta’ referenza definit fuq bażi kontinwu jew bħala li jħallu lill-Istati Membri l-għażla li jagħtuh natura kontinwa jew fissa?

Fil-każ fejn dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu interpretati bħala li jimponu perijodu ta’ referenza kontinwu, il-possibbiltà mogħtija mill-Artikolu 17 li ssir deroga mill-Artikolu 16(b) tista’ tikkonċerna, mhux biss il-perijodu ta’ referenza, iżda anki n-natura kontinwa tiegħu?

____________

1 Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).