Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Chancery Division) – ir-Renju Unit) – International Stem Cell Corporation vs Comptroller General of Patents, Designs and Trade Marks

(Kawża C-364/13) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 98/44/KE – Artikolu 6(2)(ċ) – Protezzjoni legali tal-invenzjonijiet bijoteknoloġiċi – Attivazzjoni ta’ ooċiti permezz tal-partenoġenesi – Produzzjoni ta’ ċelloli staminali embrijoniċi umani – Jedd għall-privattiva – Esklużjoni ta’ ‘użi ta’ l-embrjonijiet [embrijuni umani] għal għanijiet industrijali jew kummerċjali’ – Kunċetti ta’ ‘embriju uman’ u ta’ ‘organiżmu kapaċi li jibda l-proċess ta’ żvilupp ta’ bniedem’)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (Chancery Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: International Stem Cell Corporation

Konvenut: Comptroller General of Patents, Designs and Trade Marks

Dispożittiv

L-Artikolu 6(2)(ċ) tad-Direttiva 98/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Lulju 1998, dwar il-protezzjoni legali tal-invenzjonijiet bijoteknoloġiċi, għandu jiġi interpretat fis-sens li bajda umana mhux iffertilizzata li tkun ġiet stimulata sabiex tinqasam u tiżviluppa permezz tal-partenoġenesi ma tikkostitwixxix “embriju uman”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jekk, fid-dawl tal-għarfien attwali tax-xjenza, din ma jkollhiex, bħala tali, il-kapaċità intrinsika li tiżviluppa fi bniedem, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali.