Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Markkinaoikeus (il-Finlandja) fis-27 ta’ April 2018 – Oulun Sähkönmyynti Oy

(Kawża C-294/18)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Markkinaoikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Oulun Sähkönmyynti Oy

Konvenuta: Energiavirasto

Domandi preliminari

L-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2012/27/UE 1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li tnaqqis tal-ispejjeż ta’ aċċess għan-netwerk tal-elettriku huwa mogħti lil klijent finali minħabba l-mod ta’ fatturazzjoni li huwa għażel ifisser li l-fattura u l-informazzjoni relatata mal-fattura ma humiex ipprovduti mingħajr ħlas lill-klijenti finali li ma bbenefikawx minn tnaqqis?

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda preliminari hija fin-negattiv u l-għoti tat-tnaqqis hawn fuq imsemmi jista’ jkun awtorizzat, mid-Direttiva 2012/27 jirriżulta li, fl-evalwazzjoni tan-natura awtorizzata tat-tnaqqis, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni kundizzjonijiet supplimentari partikolari, bħal pereżempju, il-kwistjoni ta’ jekk it-tnaqqis kienx jikkorrispondi għal tnaqqis tal-ispejjeż minħabba l-mod ta’ fatturazzjoni magħżul, il-kwistjoni ta’ jekk it-tnaqqis isirx kull darba li jkun hemm fatturazzjoni jew il-kwistjoni ta’ jekk it-tnaqqis jistax jipprevedi l-kategorija ta’ klijenti finali li, bl-għażla tagħhom tal-mod ta’ fatturazzjoni, ipprovokaw tnaqqis tal-ispejjeż?

Fil-każ li l-fatt li jingħata t-tnaqqis previst fl-ewwel domanda preliminari jfisser li l-klijenti finali li ma jkunux għażlu mod ta’ fatturazzjoni partikolari jistgħu jitolbu lura ħlasijiet kuntrarji għall-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2012/27, mid-dritt tal-Unjoni jirriżultaw rekwiżiti partikolari li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fid-deċiżjoni dwar ir-rimbors ta’ dawn il-ħlasijiet?

____________

1     ĠU 2012, L 315, p. 1.