Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Svea hovrätt (l‒Isvezja) fil-21 ta’ Settembru 2017 – Rebecka Jonsson vs Société du Journal L’Est Républicain

(Kawża C-554/17)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Svea hovrätt

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Rebecka Jonsson

Konvenuta: Société du Journal L’Est Républicain

Domandi preliminari

L-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 861/2007 1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Lulju 2007, li jistabbilixxi Proċedura Ewropea għal Talbiet Żgħar, jipprekludi l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li permezz tagħha l-kundanna għall-ħlas tal-ispejjeż tal-proċeduri tista’ tiġi eskluża jew aġġustata minħabba l-fatt li l-partijiet ikunu parzjalment rebbieħa u parzjalment telliefa, meta jkun hemm diversi talbiet fil-kawża jew meta talba tiġi milqugħa biss parzjalment?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, kif għandha tinftiehem l-espressjoni “parti telliefaˮ li tinsab fl-Artikolu 16 ta’ dan ir-regolament?

____________

1 ĠU 2007 L 199, p. 1.