Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší soud České republiky (Ir-Repubblika Ċeka) fit-23 ta’ Marzu 2018 – Jana Petruchová vs FIBO Group Holdings Limited

(Kawża C-208/18)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší soud České republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Jana Petruchová

Konvenuta: FIBO Group Holdings Limited

Domanda preliminari

L-Artikolu 17(1) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 1 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li hemm lok li tiġi kklassifikata bħala konsumatur fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni anki persuna bħal dik inkwistjoni fil-proċedura prinċipali, li tinnegozja fis-suq internazzjonali tal-kambju tal-muniti FOREX billi attivament tpoġġi l-ordnijiet proprji tagħha, iżda permezz ta’ terza persuna li hija professjonista?

____________

1     ĠU 2012, L 351, p. 1.