Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fit-23 ta’ Marzu 2018 – Milan Vinš vs Odvolací finanční ředitelství

(Kawża C-275/18)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Milan Vinš

Konvenut: Odvolací finanční ředitelství

Domandi preliminari

Id-dritt għall-eżenzjoni mill-VAT fuq oġġetti intiżi għall-esportazzjoni, fis-sens tal-Artikolu 146 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, jista’ jiġi suġġett għat-tqegħid minn qabel tal-oġġetti kkonċernati taħt sistema doganali partikolari (kif jipprevedi l-Artikolu 66 tal-Liġi Ċeka Nru 235/2004 dwar it-taxxa fuq il-valur miżjud)?

Tali leġiżlazzjoni nazzjonali tista’ tkun iġġustifikata fid-dawl tal-Artikolu 131 tad-Direttiva dwar il-VAT bħala kundizzjoni intiża li tipprevjeni kwalunkwe evażjoni, evitar u abbuż?

____________