Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill‒Audiencia Nacional (Spanja) fil‒25 ta’ Settembru 2017 – Nestrade S.A. vs Agencia Estatal de la Administración Tributaria (AEAT) u Tribunal Económico-Administrativo Central (TEAC)

(Kawża C-562/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Nacional

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Nestrade S.A.

Konvenuti: Agencia Estatal de la Administración Tributaria (AEAT) u Tribunal Económico-Administrativo Central (TEAC)

Domandi preliminari

Il-ġurisprudenza Petroma Transport et (Kawża C-271/12) 1 tista’ tiġi interpretata fis-sens li tippermetti r-rimbors ta’ somom VAT mitluba minn impriża mhux stabbilita fl-Unjoni, minkejja l-adozzjoni minn qabel mill-awtorità fiskali nazzjonali ta’ deċiżjoni li tiċħad l-imsemmi rimbors minħabba l-fatt li l-impriża ma tkunx wieġbet talba għal informazzjoni dwar in-numru ta’ identifikazzjoni fiskali tagħha, fid-dawl tal-fatt li l-amministrazzjoni fiskali f’dan il-mument kellha fil-pussess tagħha l-imsemmija informazzjoni li kienet ġiet ipprovduta lilha mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ talbiet oħra?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal din id-domanda:

L-applikazzjoni retroattiva tal-ġurisprudenza Senatex (Kawża C-518/14) 2 , tista’ titqies li tirrikjedi l-annullament ta’ att amministrattiv li jiċħad ir-rimbors tal-VAT imsemmija, fid-dawl tal-fatt li l-imsemmi att kien sempliċement jikkonferma deċiżjoni amministrattiva preċedenti definittiva li tiċħad ir-rimbors tal-imsemmija somom ta’ VAT, li kienet ġiet adottata mill-AEAT skont proċedura differenti minn dik prevista mil-liġi relatata mal-każ inkwistjoni u li, barra minn hekk, kienet tillimita d-drittijiet tal-parti li ressqet it-talba għal rimbors, bi ksur tad-drittijiet tad-difiża tagħha?

____________

1 Sentenza tat-8 ta’ Mejju 2013, Petroma Transports et (C-271/12, EU:C:2013:297)

2 Sentenza tal-15 ta’ Settembru 2016, Senatex (C-518/14, EU:C:2016:691)