Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu (il-Polonja) fis-26 ta’ Settembru 2017 – Związek Gmin Zagłębia Miedziowego w Polkowicach vs Szef Krajowej Administracji Skarbowej

(Kawża C-566/17)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Związek Gmin Zagłębia Miedziowego w Polkowicach

Konvenut: Szef Krajowej Administracji Skarbowej

Domanda preliminari

L-Artikolu 168(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud 1 , kif ukoll il-prinċipju ta’ newtralità tal-VAT, jipprekludu prattika nazzjonali li tagħti dritt sħiħ li titnaqqas it-taxxa tal-input marbuta max-xiri ta’ oġġetti u ta’ servizzi li jintużaw kemm għall-finijiet ta’ tranżazzjonijiet suġġetti għall-VAT (intaxxati u eżentati) u kif ukoll għall-finijiet ta’ tranżazzjonijiet li ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-VAT, minħabba l-assenza fil-liġi nazzjonali ta’ metodi u ta’ kriterji ta’ tqassim tal-ammonti tat-taxxa tal-input għat-tipi ta’ tranżazzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq?

____________

1 ĠU L 347, p. 1