Language of document :

Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Marzu 2014 – Front Polisario vs Il-Kunsill

(Kawża T-180/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Front populaire pour la libération de la saguia-el-hamra et du rio de oro (Front Polisario) (Laâyoune) (rappreżentant: G. Devers, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara r-rikors tiegħu għal annullament ammissibbli;

tiddikjara li d-deċiżjoni tal-Kunsill hija annullata;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent jinvoka tnax-il motiv insostenn tar-rikors tiegħu kontra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/785/UE, tas-16 ta’ Diċembru 2013, dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fis-settur tas-sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk 1 .

Ir-rikorrent iqis li inkwantu rappreżentant tal-poplu tas-Saħara tal-Punent huwa kkonċernat direttament u individwalment minn dan l-att.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, peress li d-deċiżjoni kkontestata ma tippermettix li jinftiehem kif il-Kunsill integra fil-proċess deċiżjonali tiegħu l-fatt li s-Saħara tal-Punent hija territorju mhux awtonomu okkupat mir-Renju tal-Marokk.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ konsultazzjoni, peress li l-Kunsill adotta d-deċiżjoni kkontestata mingħajr ma kkonsulta lir-rikorrent, meta d-dritt internazzjonali jeżiġi li l-isfruttament tar-riżorsi naturali ta’ poplu ta’ territorju mhux awtonomu għandu jsir b’konsultazzjoni mar-rappreżentanti tiegħu. Ir-rikorrent isostni li huwa l-uniku rappreżentant tal-poplu tas-Saħara tal-Punent.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ koerenza, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tippermetti d-dħul fis-seħħ ta’ ftehim internazzjonali li japplika għat-territorju tas-Saħara tal-Punent meta l-ebda Stat Membru ma rrikonoxxa s-sovranità tar-Renju tal-Marokk fuq is-Saħara tal-Punent. Id-deċiżjoni kkontestata ssaħħaħ il-kontroll li r-Renju tal-Marokk għandu fuq it-territorju tas-Saħara tal-Punent, u dan imur kontra l-għajnuna mogħtija mill-Kummissjoni lir-refuġjati mis-Saħara tal-Punent. Id-deċiżjoni kkontestata lanqas ma hija koerenti mar-reazzjoni tas-soltu tal-Unjoni Ewropea għall-ksur ta’ obbligi li jirriżultaw minn normi imperattivi tad-dritt internazzjonali u tmur kontra l-għanijiet tal-politika komuni tas-sajd.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq nuqqas li jintlaħaq l-għan ta’ żvilupp sostenibbli.

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tmur kontra l-aspettattiva mnissla fir-rikorrent minħabba d-dikjarazzjonijiet ripetuti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea dwar il-konformità mad-dritt internazzjonali tal-ftehimiet konklużi mar-Renju tal-Marokk.Is-sitt motiv ibbażat fuq ksur tal-ftehim ta’ assoċjazzjoni konkluż bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk, peress li d-deċiżjoni kkontestata tmur kontra l-Artikolu 2 tal-imsemmi ftehim ta’ assoċjazzjoni, sa fejn hija tikser id-dritt għall-awtodeterminazzjoni.Is-seba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fuq id-dritt tal-baħar, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tippermetti d-dħul fis-seħħ ta’ protokoll li permezz tiegħu l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk jiffissaw kwoti tas-sajd f’ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità tagħhom u jawtorizzaw lill-bastimenti tal-Unjoni jisfruttaw riżorsi tas-sajd li jaqgħu taħt is-sovranità waħdanija tal-poplu tas-Saħara tal-Punent.It-tmien motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għall-awtodeterminazzjoni,

peress li d-deċiżjoni kkontestata ssaħħaħ il-kontroll li r-Renju tal-Marokk għandu fuq is-Saħara tal-Punent.Id-disa’ motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ sovranità permanenti fuq ir-riżorsi naturali u tal-Artikolu 73 tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, peress l

i r-rikorrent ma ġiex ikkonsultat meta d-deċiżjoni kkontestata tippermetti l-isfruttament tar-riżorsi naturali li jaqgħu taħt is-sovranità waħdanija tal-poplu tas-Saħara tal-Punent.L-għaxar motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju tal-effett relattiv tat-Trattati, għaliex id-deċiżjoni kkontestata tnissel obbligi internazzjonali fil-konfront tar-rikorrent mingħajr il-kunsens tiegħu.Il-ħdax-il motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt internazzjonali

umanitarju, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tagħti sostenn finanzjarju lill-politika tar-Renju tal-Marokk ta’ kolonizzazzjoni tas-Saħara tal-Punent.It-tnax-il motiv ibbażat fuq

ksur tad-dritt tar-responsabbiltà internazzjonali, għaliex id-deċiżjoni kkontestata toħloq ir-responsabbiltà internazzjonali tal-Unjoni Ewropea.