Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Jannar 2018 – Finanzamt Trier vs Cardpoint GmbH, bħala aventi kawża ta’ Moneybox Deutschland GmbH

(Kawża C-42/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent fi proċedura ta’ “Reviżjoni”: Finanzamt Trier

Konvenuta fi proċedura ta’ “Reviżjoni”: Cardpoint GmbH, bħala aventi kawża ta’ Moneybox Deutschland GmbH

Domanda preliminari

Is-servizzi tekniċi u amministrattivi li fornitur ta’ servizzi jipprovdi għal bank bl-użu ta’ distributur awtomatiku ta’ biljetti u għall-ħlasijiet fi flus kontanti minn dan il-bank permezz tad-distributur awtomatiku huma eżentati mit-taxxa fuq il-valur miżjud skont il-punt 3 tal-Artikolu 13B(d) tad-Direttiva 77/388/KEE 1 , minkejja li, skont is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-26 ta’ Mejju 2016, Bookit, C-607/14, EU:C:2016:355, skont id-dispożizzjoni hawn fuq imsemmija, is-servizzi tekniċi u amministrattivi simili li fornitur ta’ servizzi jipprovdi għall-ħlasijiet b’karta bankarja fil-kuntest tal-bejgħ ta’ biljetti taċ-ċinema ma humiex?

____________

1 Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23.