Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fid-29 ta’ Marzu 2018 – GRDF SA vs Eni Gas & Power France SA, Direct énergie, Commission de régulation de l’énergie, Procureur général près la Cour d’appel de Paris

(Kawża C-236/18)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: GRDF SA

Konvenuti: Eni Gas & Power France SA, Direct énergie, Commission de régulation de l’énergie, Procureur général près la Cour d’appel de Paris

Domanda preliminari

Id-Direttiva 2009/73/KE tal-Parliament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 1 , u b’mod partikolari l-Artikolu 41(11) tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jeħtieġu li awtorità regolatorja, li tirriżolvi tilwima, ikollha s-setgħa li tagħti deċiżjoni li tapplika għall-perijodu kollu kopert mit-tilwima li biha tkun adita, irrispettivament mid-data ta’ meta din tkun inqalgħet bejn il-partijiet, b’mod partikolari billi tiddeduċi l-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ konformità ta’ kuntratt mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva permezz ta’ deċiżjoni li l-effetti tagħha jkopru l-perijodu kuntrattwali kollu?

____________

1     Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (ĠU 2009 L 211, p. 94).