Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Pitești (ir-Rumanija) fl-20 ta’ Marzu 2018 – Maria-Cristina Dospinescu, Filofteia-Camelia Ganea, Petre Sinca, Luminița-Maria Ioniță, Maria Burduv u Raluca-Marinela Trașcă vs Spitalul Județean de Urgență Vâlcea

(Kawża C-205/18)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Pitești

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Maria-Cristina Dospinescu, Filofteia-Camelia Ganea, Petre Sinca, Luminița-Maria Ioniță, Maria Burduv u Raluca-Marinela Trașcă

Konvenuta: Spitalul Județean de Urgență Vâlcea

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 114(3) TFUE, 151 TFUE u 153 TFUE, kif ukoll id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva Qafas 89/391/KEE 1 u tad-direttivi speċifiċi suċċessivi, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li Stat Membru jistabbilixxi termini u proċeduri li jipprekludu l-aċċess għall-ġustizzja bil-għan li jiġu kklassifikati l-postijiet tax-xogħol bħala li huma kkaratterizzati minn kundizzjonijiet speċjali, bil-konsegwenza li ma jiġux irrikonoxxuti, lill-ħaddiema ġodda li għadhom kemm ġew irreklutati, id-drittijiet għas-sigurtà u għas-saħħa fuq il-post tax-xogħol li jirriżultaw mill-ivverifikar tal-imsemmija kundizzjonijiet, b’konformità mal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali?

____________

1     Direttiva tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 349).