Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-28 ta’ Settembru 2017 – Openbaar Ministerie vs Samet Ardic

(Kawża C-571/17)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Amsterdam

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Openbaar Ministerie

Konvenuta: Samet Ardic

Domanda preliminari

Fil-każ li l-persuna rikjesta tkun definittivament instabet ħatja fi proċeduri li żvolġew fil-preżenza tagħha u tkun ġiet ikkundannata għal piena li ċċaħħad il-libertà, li l-eżekuzzjoni tagħha ġiet sospiża taħt ċerti kundizzjonijiet: il-proċedura sussegwenti, li fil-kuntest tagħha l-qorti, fl-assenza tal-persuna rikjesta, tordna r-revoka ta’ din is-sospensjoni minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet u minħabba evażjoni mill-kontroll u mill-gwida ta’ uffiċjal superviżorju tikkostitwixxi “proċess li rriżulta fid-deċiżjoni” fis-sens tal-Artikolu 4a tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] 2002/584/ĠAI 1 ?

____________

1 Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2002/584/ĠAI, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34)