Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit-3 ta’ Novembru 2017 – Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank AG

(Kawża C-625/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank AG

Konvenut: Finanzamt Feldkirch

Domanda preliminari

Leġiżlazzjoni li tipprevedi taxxa fuq it-total tal-karta tal-bilanċ ta’ stabbilimenti ta’ kreditu, minħabba l-fatt li l-obbligu li titħallas it-taxxa huwa impost fuq it-total tal-karta tal-bilanċ mhux ikkonsolidata (mhux inkluż fil-kontijiet annwali kkonsolidati tal-grupp), tmur kontra l-libertà li jiġu pprovduti servizzi prevista fl-Artikoli 56 et seq. TFUE u/jew il-libertà ta’ moviment tal-kapital u tal-pagamenti prevista fl-Artikolu 63 TFUE, meta stabbiliment ta’ kreditu stabbilit fl-Awstrija jkollu jħallas it-taxxa fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet bankarji mwettqa ma’ klijenti mill-bqija tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li dan ma huwiex il-każ ta’ stabbiliment ta’ kreditu stabbilit fl-Awstrija li jwettaq dawn it-tranżazzjonijiet inkwantu kumpannija omm ta’ grupp ta’ stabbilimenti ta’ kreditu permezz ta’ stabbiliment ta’ kreditu li huwa membru tal-grupp li huwa stabbilit fi Stat ieħor tal-Unjoni Ewropea u li l-karta tal-bilanċ tiegħu għandha, minħabba l-appartenenza tiegħu għall-grupp, tiġi kkonsolidata mal-karta tal-bilanċ tal-istabbiliment ta’ kreditu li għandu l-kwalità ta’ kumpannija omm?

____________