Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia (l-Italja) fid-19 ta' Lulju 2010 - Duomo Gpa Srl vs Comune di Baranzate

(Kawża C-357/10)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Lombardia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Duomo Gpa Srl

Konvenut: Comune di Baranzate

Domandi preliminari

Id-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Artikolu 32(7)bis tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 185 tad-29 ta' Novembru 2008, miżjud mil-liġi ta' konverżjoni Nru 2 tat-28 ta' Jannar 2009 u sussegwentement emendat bil-Liġi Nru 14 tas-27 ta' Frar 2009, li jipprovdu, barra għall-kumpanniji b'kapital, fil-parti l-kbira, pubbliku: li l-għoti ta' servizzi li jirrigwardaw il-likwidazzjoni, l-istima u l-ġbir ta' taxxi u dħul ieħor tal-awtoritajiet lokali lil persuni li ma jissodisfawx ir-rekwiżit finanzjarju minimu ta' kapital azzjonarju kompletament imħallas fl-ammont ta' EUR 10 miljun huwa invalidu; li persuni mniżżla fir-reġistru rilevanti ta' persuni awtorizzati sabiex iwettqu attivitajiet li jirrigwardaw l-istima u l-ġbir ta' taxxi u ta' dħul ieħor tal-provinċji u tal-muniċipalitajiet huma meħtieġa jgħollu l-kapital azzjonarju tagħhom għall-ammont minimu msemmi skont l-Artikolu 53(3) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 446 tal-15 ta' Diċembru 1997, kif sussegwentement emendat; li huwa pprojbit li jinkisbu kuntratti ġodda jew li ssir parteċipazzjoni f'sejħa għal offerti għall-għoti ta' servizzi li jirrigwardaw il-likwidazzjoni, l-istima u l-ġbir ta' taxxi u dħul ieħor tal-awtoritajiet lokali sakemm ir-rekwiżit imsemmi iktar 'il fuq li jiżdied il-kapital azzjonarju ma jkunx ġie sodisfatt, jipprekludi l-applikazzjoni korretta tal-Artikoli 15 u 16 tad-Direttiva 2006/123/KE 1?

Id-dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Artikolu 32(7)bis tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 185 tad-29 ta' Novembru 2008, miżjud mil-liġi ta' konverżjoni Nru 2 tat-28 ta' Jannar 2009 u sussegwentement emendat bil-Liġi Nru 14 tas-27 ta' Frar 2009, li jipprovdu, barra għall-kumpanniji b'kapital, fil-parti l-kbira, pubbliku: li l-għoti ta' servizzi li jirrigwardaw il-likwidazzjoni, l-istima u l-ġbir ta' taxxi u dħul ieħor tal-awtoritajiet lokali lil persuni li ma jissodisfawx ir-rekwiżit finanzjarju minimu ta' kapital azzjonarju kompletament imħallas fl-ammont ta' EUR 10 miljun huwa invalidu; li persuni mniżżla fir-reġistru rilevanti ta' persuni awtorizzati sabiex iwettqu attivitajiet li jirrigwardaw l-istima u l-ġbir ta' taxxi u ta' dħul ieħor tal-provinċji u tal-muniċipalitajiet huma meħtieġa jgħollu l-kapital azzjonarju tagħhom għall-ammont minimu msemmi skont l-Artikolu 53(3) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 446 tal-15 ta' Diċembru 1997, kif sussegwentement emendat; li huwa pprojbit li jinkisbu kuntratti ġodda jew li ssir parteċipazzjoni f'sejħa għal offerti għall-għoti ta' servizzi li jirrigwardaw il-likwidazzjoni, l-istima u l-ġbir ta' taxxi u dħul ieħor tal-awtoritajiet lokali sakemm ir-rekwiżit imsemmi iktar 'il fuq li jiżdied il-kapital azzjonarju ma jkunx ġie sodisfatt, jipprekludu l-applikazzjoni korretta tal-Artikoli 3, 10, 43, 49 u 81 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea?

____________

1 - ĠU 2006 L 376, p. 36.