Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal correctionnel de Foix (Franza) fis-26 ta’ Ottubru 2017 – Procureur de la République vs Mathieu Blaise et

(Kawża C-616/17)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal correctionnel de Foix

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Procureur de la République

Konvenuti: Mathieu Blaise, Sabrina Dauzet, Alain Feliu, Marie Foray, Sylvestre Ganter, Dominique Masset, Ambroise Monsarrat, Sandrine Muscat, Jean-Charles Sutra, Blanche Yon, Kevin Leo-Pol Fred Perrin, Germain Yves Dedieu, Olivier Godard, Kevin Pao Donovan Schachner, Laura Dominique Chantal Escande, Nicolas Benoit Rey, Eric Malek Benromdan, Olivier Eric Labrunie, Simon Joseph Jeremie Boucard, Alexis Ganter, Pierre André Garcia

Parti oħra: Espace Émeraude

Domandi preliminari

Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE 1 huwa konformi mal-prinċipju ta’ prekawżjoni meta dan jonqos milli jiddefinixxi b’mod preċiż x’jikkostitwixxi sustanza attiva, u jħalli f’idejn l-applikant jagħżel dak li huwa jsejjaħ sustanza attiva fil-prodott tiegħu, u jagħtih il-possibbiltà jikkonċentra l-fajl kollu tal-applikazzjoni tiegħu fuq sustanza waħda filwaqt li l-prodott finali kkumerċjalizzat tiegħu jinkludi diversi sustanzi?

Il-prinċipju ta’ prekawżjoni u l-imparzjalità tal-awtorizzazzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni huma ggarantiti meta t-testijiet, l-analiżijiet u l-evalwazzjonijiet neċessarji għall-kumpilazzjoni tal-fajl jitwettqu mill-applikanti biss li jistgħu jkunu parzjali fil-preżentazzjoni tagħhom, mingħajr ebda kontroanaliżi indipendenti u mingħajr pubblikazzjoni tar-rapporti tal-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni fuq il-pretest ta’ protezzjoni tas-sigriet industrijali?

Ir-Regolament Ewropew huwa konformi mal-prinċipju ta’ prekawżjoni meta ma jieħu ebda kont tal-multipliċità ta’ sustanzi attivi u l-użu kumulattiv tagħhom, b’mod partikolari meta ma jipprevedi ebda analiżi speċifika kompleta fuq livell Ewropew tal-kumulazzjoni ta’ sustanzi attivi fi ħdan l-istess prodott?

Ir-Regolament Ewropew huwa konformi mal-prinċipju ta’ prekawżjoni meta fil-Kapitoli 3 u 4 tiegħu jeżenta mill-analiżijiet ta’ tossiċità (ġenotossiċità, eżami ta’ karċinoġeniċità, eżami tal-perturbazzjonijiet endokrinali ...), il-prodotti pestiċidi fil-formulazzjonijiet kummerċjali tagħhom hekk kif imqegħda fis-suq u hekk kif il-konsmaturi u l-ambjent huma esposti għalihom, u jimponi biss testijiet sommarji dejjem imwettqa mill-applikant?

____________

1 ĠU L 309, p. 1.