Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-434/18)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Patakia, G. Gattinara, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
tikkonstata li, billi ma bagħtitx il-programm nazzjonali għal ġestjoni ta’ fjuwil nukleari użat u skart radjuattiv lill-Kummissjoni, ir-Repubblika Taljana naqqset milli tissodisfa l-obbligu tagħha skont l-Artikolu 15(4) flimkien mal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom tad-19 ta’ Lulju 2011 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv 1 .
tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Artikolu 15(4) flimkien mal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom tad-19 ta’ Lulju 2011 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv jistabbilixxi li l-Istati Membri għandhom għall-ewwel darba jinnotifikaw lill-Kummissjoni mill-aktar fis possibbli iżda mhux aktar tard mit-23 ta’ Awwissu 2015 bil-kontenut tal-programmi nazzjonali tagħhom li jkopru l-punti kollha msemmija fl-Artikolu 12 ta’ dik l-istess direttiva.
Il-Kummissjoni tallega li l-evidenza pprovduta mir-Repubblika Taljana matul l-fażi qabel dik ġudizzjarja turi li l-preżentazzjoni qatt ma tressqet, sa fejn l-awtoritajiet Taljani ma bagħtux ill-Kummissjoni it-test finali tal-programm nazzjonali għall-ġestjoni ta’ fjuwil nukleari użat u skart radjuattiv
____________
1 ĠU L 199, p. 48.