Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie (il-Belġju) fit-18 ta’ Ġunju 2018 – Infohos vs L-Istat Belġjan

(Kawża C-400/18)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Cassatie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Infohos

Konvenut: L-Istat Belġjan

Domanda preliminari

L-Artikolu 13A(1)(f) tad-Direttiva 77/388/KEE 1 tas-17 ta’ Mejju 1977, li sar l-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva 2006/112/KE 2 tat-28 ta’ Novembru 2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza lill-Istati Membri li mal-eżenzjoni stabbilita minnu tiżdied kundizzjoni ta’ esklużività li għandha bħala effett li grupp awtonomu li jipprovdi wkoll servizzi lil persuni mhux membri jkun suġġett b’mod sħiħ għall-VAT, anki għas-servizzi li jipprovdi lill-membri tiegħu?

____________

1  Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).

2  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ta’ 28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1).