Language of document :

Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2018 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Kroazja

(Kawża C-391/18)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Mataija u M. Patakia, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Kroazja

Talbiet

tiddikjara li r-Repubblika tal-Kroazja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-dispożizzjonijiet magħqudin tal-Artikolu 15(4) u tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom tad-19 ta’ Lulju 2011 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv (ĠU L 199, tat-2 ta’ Awwissu 2011, p. 48, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Kroat: Kapitolu 15. Vol. 28, p. 136) billi ma nnotifikatx lill-Kummissjoni l-programm nazzjonali tagħha ta’ ġestjoni tal-fjuwil użat u ta’ skart radjuattiv;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Kroazja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2011/70/Euratom jipprevedi li l-Istati Membri jinnotifikaw il-programm nazzjonali tagħhom ta’ ġestjoni tal-fjuwil użat u ta’ skart radjuattiv kif ukoll il-bidliet sinjifikattivi sussegwenti lill-Kummissjoni, filwaqt li l-Artikolu 15(4) ta’ din id-direttiva jipprovdi li l-Istati Membri jinnotifikaw għall-ewwel darba lill-Kummissjoni l-kontenut tal-programm nazzjonali tagħhom mill-aktar fis possibbli, iżda mhux iktar tard mit-23 ta’ Awwissu 2015.

Ir-Repubblika tal-Kroazja mhux dejjem adottat il-programm nazzjonali inkwistjoni fid-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq. Fi kwalunkwe każ, hija mhux dejjem innotifikatu lill-Kummissjoni. Konsegwentement, ir-Repubblika tal-Kroazja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-dispożizzjonijiet magħqudin tal-Artikolu 15(4) u tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2011/70/Euratom.

____________