Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbeidsrechtbank Antwerpen (il-Belġju) fid-19 ta’ Ġunju 2018 – Jamina Hakelbracht, Tine Vandenbon, Instituut voor de Gelijkheid van Vrouwen en Mannen vs WTG Retail BVBA

(Kawża C-404/18)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Arbeidsrechtbank Antwerpen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Jamina Hakelbracht, Tine Vandenbon, Instituut voor de Gelijkheid van Vrouwen en Mannen

Konvenuta: WTG Retail BVBA

Domanda preliminari

Id-dritt tal-Unjoni u b’mod iktar partikolari l-Artikolu 24 tad-Direttiva 2006/54/KE 1 tal-5 ta’ Lulju 2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li toffri protezzjoni kontra ritaljazzjonijiet minn persuni li jintervjenu bħala xhieda, biss għall-persuna li, fil-kuntest ta’ investigazzjoni ta’ lment tikkomunika, f’dokument iffirmat u b’data, fatti li hija nnifisha rat jew semgħet, u li huma marbuta mas-sitwazzjoni li hija s-suġġett tal-ilment, lill-persuna li quddiemha tressaq l-ilment jew li tintervjeni bħala xhud fil-proċeduri legali?

____________

1 ĠU 2006, L 204, p. 23.