Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (l-Irlanda) fis-7 ta’ Ġunju 2018 – Hampshire County Council vs C.E., N.E.

(Kawża C-375/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Hampshire County Council

Konvenuti: C.E., N.E.

Domanda preliminari

Huwa kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 1 , li l-qrati ta’ Stat Membru wieħed joħorġu ordni interlokutorja (miżuri kawtelatorji) indirizzata in personam lill-aġenzija pubblika ta’ Stat Membru ieħor, liema ordni tipprojbixxi lil din l-aġenzija milli torganizza l-adozzjoni ta’ tfal fil-qrati ta’ dan l-Istat Membru l-ieħor f’sitwazzjoni fejn l-ordni maħruġa in personam tirriżulta mill-ħtieġa li jiġu protetti d-drittijiet tal-partijiet fi proċeduri ta’ eżekuzzjoni taħt il-Kapitolu III tar-Regolament Nru 2201/2003?

____________

1     Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243).