Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Novembru 2015 – Milchindustrie-Verband u Deutscher Raiffeisenverband vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-670/14)1

(“Rikors għal annullament – Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija għall-perijodu 2014-2020 – Assoċjazzjoni – Nuqqas ta’ interess dirett tal-membri – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Milchindustrie-Verband eV (Berlin, il-Ġermanja) u Deutscher Raiffeisenverband eV (Berlin) (rappreżentanti: I. Zenke u T. Heymann, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Herrmann, T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, tat-28 ta’ Ġunju 2014, intitolata “Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija 2014-2020” (ĠU C 200, p. 1), sa fejn is-settur tal-operat ta’ mħaleb u l-manifattura tal-ġobon (NACE 10.51) ma huwiex imsemmi fl-Anness 3 ta’ din il-komunikazzjoni.DispożittivIr-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.Milchindustrie-Verband eV u Deutscher Raiffeisenverband eV huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

____________

1 ĠU C 431, 1.12.2014.