Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal de première instance de Namur (il-Belġju) fis-27 ta’ Ġunju 2018 – Ordre des avocats du barreau de Dinant vs JN

(Kawża C-421/18)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance de Namur

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ordre des avocats du barreau de Dinant

Konvenut: JN

Domanda preliminari

L-azzjoni ta’ ordni ta’ avukati, li jkollha bħala għan li tikseb il-kundanna ta’ wieħed mill-membri tagħha għall-ħlas tal-kontribuzzjonijiet professjonali annwali li huma dovuti lilu, tikkostitwixxi azzjoni relatata “ma’ kuntratt” fis-sens tal-punt 1 tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali 1 ?

____________

1 ĠU 2012, L 351, p. 1.