Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fid-19 ta’ Marzu 2018 – SAIGI Società Cooperativa Agricola a r.l., MA.GE.MA. Società Agricola Cooperativa vs Regione Emilia-Romagna, A.U.S.L. Romagna

(Kawża C-343/18)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SAIGI Società Cooperativa Agricola a r.l., MA.GE.MA. Società Agricola Cooperativa

Konvenuti: Regione Emilia-Romagna, A.U.S.L. Romagna

Domandi preliminari

L-Artikolu 27 tar-Regolament li jipprevedi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-irkupru ta’ taxxa inkonnessjoni mal-attivitajiet elenkati fit-Taqsima A tal-Anness IV u fit-Taqsima A tal-Anness V, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jimponi l-obbligu tal-ħlas fuq l-imprendituri agrikoli kollha anki meta dawn “jeżerċitaw l-attivitajiet ta’ qtil u tqattigħ ta’ laħmijiet li jkunu aċċessorji u konnessi mal-attività ta’ trobbija tal-annimali”?

Stat Membru jista’ jeskludi mill-ħlasijiet tas-sanità ċerti kategoriji ta’ impriżi meta dan ippreveda għal sistema ta’ rkupru ta’ taxxi li huwa adegwat sabiex tiġi żgurata b’mod globali l-kopertura tal-ispejjeż sostnuti għall-kontrolli uffiċjali jew li japplika tariffi inferjuri għal dawk previsti mir-Regolament 882/2004 1 ?

____________

1     Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi ta’ l-għalf u l-ikel, mar-regoli dwar s-saħħa ta’ l-annimali u l-welfare ta’ l-annimali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 45, p. 200, rettifika fil-ĠU 2015, L 187, p. 91).