Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-25 ta’ Jannar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Najwyższy - il-Polonja) – Stowarzyszenie “Oławska Telewizja Kablowa” vs Stowarzyszenie Filmowców Polskich

(Kawża C-367/15) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2004/48/KE – Artikolu 13 – Proprjetà intellettwali u industrijali – Ksur – Kalkolu ta’ danni – Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru – Id-doppju tas-somma tar-royalties normalment dovuti)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Stowarzyszenie “Oławska Telewizja Kablowa”

Konvenuta: Stowarzyszenie Filmowców Polskich

Dispożittiv

L-Artikolu 13 tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tgħid li d-detentur ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali li sofra dannu jista’ jitlob lill-persuna li kisret dan id-dritt jew li tikkumpensa d-dannu li huwa sofra, billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-aspetti kollha xierqa tal-każ inkwistjoni, jew inkella, mingħajr ma dan id-detentur ma jkollu għalfejn jipprova d-dannu effettiv, il-ħlas ta’ somma li tikkorrispondi għad-doppju tar-remunerazzjoni xierqa li kienet tkun dovuta abbażi ta’ awtorizzazzjoni għall-użu tax-xogħol inkwistjoni.

____________

1 ĠU C 7, 11.1.2016.