Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal administratif (il-Lussemburgu) fit-22 ta’ Ġunju 2018 – Nicolas Aubriet vs Ministre de l'Enseignement supérieur et de la Recherche

(Kawża C-410/18)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal administratif

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Nicolas Aubriet.

Konvenut: Ministre de l'Enseignement supérieur et de la Recherche

Domanda preliminari

Il-kundizzjoni imposta fuq l-istudenti li ma jirrisjedux fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu mill-Artikolu 3(5)(b) tal-Liġi emendata tal-24 ta’ Lulju 2014 dwar l-għajnuna finanzjarja mill-Istat għall-edukazzjoni ogħla, bl-esklużjoni ta’ teħid inkunsiderazzjoni ta’ kwalunkwe kriterju ta’ rabta, jiġifieri li wieħed ikun wild ta’ ħaddiema li kienu impjegati jew li eżerċitaw l-attività tagħhom fil-Lussemburgu għal perijodu ta’ mill-inqas ħames snin matul perijodu ta’ riferiment ta’ seba’ snin fil-mument tat-talba għall-għajnuna finanzjarja, hija neċċessarja sabiex jintlaħaq l-għan mixtieq mil-leġiżlatur Lussemburgiż, jiġifieri li dan l-Istat ifittex li jinkoraġġixxi ż-żieda fil-proporzjon tal-persuni li għandhom diploma ta’ edukazzjoni ogħla?

____________