Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Schaerbeek (il-Belġju) fit-13 ta’ Marzu 2018 – Société nationale de chemins de fer belges (SNCB) vs Gherasim Sorin Rusu

(Kawża C-190/18)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Justice de paix de Schaerbeek

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Société nationale de chemins de fer belges (SNCB)

Konvenut: Gherasim Sorin Rusu

Domanda preliminari

Id-Direttiva tal-kunsill 93/13 KEE dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur 1 u r-Regolament Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-dwar id-Drittijiet u l-Obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji 2 huma applikabbli għar-relazzjonijiet bejn is-SNCB u l-passiġġieri li jinstabu mingħajr mingħajr dokument ta’ trasport validu ?

____________

1     Direttiva tal-kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).

2     Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar id-Drittijiet u l-Obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (ĠU L 315, p. 14).