Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal da Relação do Porto (il-Portugall) fit-30 ta’ April 2018 – Mediterranean Shipping Company (Portugal) - Agentes de Navegação SA vs Banco Comercial Português SA, Caixa Geral de Depósitos SA

(Kawża C-295/18)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal da Relação do Porto

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Mediterranean Shipping Company (Portugal) - Agentes de Navegação SA

Konvenuti: Banco Comercial Português SA, Caixa Geral de Depósitos SA

Domandi preliminari

L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2007/64/KE 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-istess direttiva ddefinit f’dan l-artikolu hija inkluża l-eżekuzzjoni ta’ ordni ta’ ħlas ta’ debitu dirett maħruġa minn terza persuna fir-rigward ta’ kont li ma huwiex f’isimha u fejn il-persuna li taħt isimha huwa rreġistrat il-kont ma kkonkludietx mal-istituzzjoni ta’ kreditu kkonċernata kuntratt ta’ servizz ta’ ħlas kwalunkwe permezz ta’ att iżolat jew kuntratt qafas ta’ provvista ta’ servizzi ta’ ħlas?

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv u fl-istess kuntest, l-imsemmija persuna li taħt isimha huwa rreġistrat il-kont għandha titqies li hija utent tas-servizzi ta’ ħlas għall-finijiet tal-Artikolu 58 tal-istess direttiva?

____________

1     Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE (ĠU 2007, L 319, p. 1).