Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social de Barcelona (Spanja) fl-24 ta’ April 2018 – Magdalena Molina Rodríguez vs Servicio Público de Empleo Estatal (SEPE)

(Kawża C-279/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social nº 33 de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Magdalena Molina Rodríguez

Konvenut: Servicio Público de Empleo Estatal (SEPE)

Domanda preliminari

Il-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq is-sess stabbilita fl-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill tad-19 ta’ Diċembru 1978 dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali 1 , għandha tiġi interpretata fis-sens li din tipprekludi dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 215(1)(3) tal-Ley General de la Seguridad Social (il-Liġi Ġenerali Dwar is-Sigurtà Soċjali) (adottata bid-Digriet Leġiżlattiv Irjali 1/94) li, wara l-emenda li saret bid-Digriet Leġiżlattiv Irjali 5/2013 tal-15 ta’ Marzu 2013, jipprevedi rekwiżit ġdid għall-aċċess għall-allowance tal-qgħad intiż għall-ħaddiema ta’ iktar minn 55 sena, jiġifieri livell massimu ta’ dħul tad-dar, meta din tillimita l-aċċess għal tali allowance b’mod ħafna iktar sinjifikattiv għal benefiċċjarji potenzjali nisa (meta mqabbel mal-irġiel) skont kif jirriżulta mid-data tal-istatistika prodotta?

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 215